Boffa – Mintoff – Boffa

Standard
Boffa – Mintoff – Boffa

Il-Perit Mintoff beda l-karriera politika tieghu fil-Partit tal-Haddiema immexxi mit-Tabib Pawlu Boffa. Huwa interessanti li tliet ijiem qabel l-ahhar elezzjoni li l-Perit Mintoff mexxa bhala Kap tal-Partit Laburista, ezattament fid-9 ta’ Dicembru 1981, l-armla tat-Tabib Boffa analizzat il-qaghda ta’ Malta u l-Partit Laburista, immexxija mill-Perit Mintoff.

Dan huwa li qalet dakinhar Lady Genoveffa Boffa:

“Hassejtu d-dover tieghi li nappella lil dawk kollha li kienu jafu r-ragel tieghi u forsi hawnhekk hawn minnhom li kienu segwaci tieghu, biex il-vot taghhom jaghtuh lill-partit ta’ Dr Eddie Fenech Adami.

Ghax jien inhoss li l-Partit Nazzjonalista kif inhu llum huwa bhalma kien il-partit tar-ragel tieghi.

Zewgi kien qala’ bis-siggijiet ghax hadem ghal Malta. Izda hu kien mahbub mill-poplu ghax ghex mieghu. Meta kien Prim Ministru kien ighaddi mit-toroq bil-mixi u jkellem lil kulhadd. Ma kienx ikollu pulizija u bulijiet mieghu.

Dak li qabel kienu jghajru bih lil zewgi li hu xih, ghajjien u spicca, illum qed jinghad lil min kien jghidlu dak id-diskors.

Il-familja tieghei qalghet hafna fuq wiccha minn dawk li suppost kienu l-hbieb ta’ zewgi. Nghid biss li jien lanqas ghandi pensjoni ta’ zewgi avolja dan kien Prim Ministru.

Lil binti li kienet tabiba fl-Isptar, fl-1956, xi hadd li kien jahdem hemm u llum hu ufficjal tal-GWU, kien irrapurtaha li tkellmet dwar il-politika fil-post tax-xoghol meta dan ma kien veru xejn u ftit taz-zmien wara l-Gvern ta’ Mintoff kien baghtilha karta fejn qalilha li s-servizzi taghha ma kinux mehtiega avolja ma kien hemm hadd biex jiehu postha fil-laboratorju tal-Isptar.

Uliedi kollha hadu u batew minn dan l-istess trattament taht il-Gvern ta’ Mintoff.

Jien se nivvota lill-Partit Nazzjonalista u nirrakkomanda lil dawk il-Boffisti biex jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista ghax dan hu l-uniku garanzija ghall-futur ta’ Malta taghna. Il-PN illum hu mmexxi minn Eddie Fenech Adami li hu ragel onest.

Min jemmen verament fil-principji Laburisti li ghalihom kien hadem u bata zewgi, ghandu jivvota lill-PN.

F’dawn l-ahhar ghaxar snin, il-polu Malti kellu jbati hafna nuqqasijiet u ingustizzji. Kien hawn nuqqasijiet tal-aktar affarijiet ezzenzjali bhall-ilma u sahansitra l-halib tat-trabi. L-iskarsezzi li kellna f’dawn l-ahhar ghaxar snin hadd m’ghandu jinsihom meta jmur jivvota.

Fil-pajjiz rajna wkoll hafna vjolenza li ghamlet hafna hsara. Zewgi kien kontra kull vjolenza. Kien jirripsetta l-opinjonijiet ta’ kulhadd u ma jiggieled ma’ hadd.

Jiena nemmen li Malta ghandha tinghaqad mal-Ewropa izda fl-istess hin nibqghu hbieb tal-girien taghna tal-pajjizi Gharab.

Zewgi kien ukoll nisrani izda ma kienz jinqeda bir-religjon. Meta kien ikollu bzonn ikellem lill-isqfijiet qatt ma ordnalhom biex imorru Kastilja kif gara f’dawn l-ahhar snin, izda kien imur ikellimhom hu.

Il-futur ta’ Malta hu fil-Partit Nazzjonalista. Jekk jerga’ jitla’ Mintoff igib dizordni fil-pajjiz aktar milli hawn illum.

Mintoff hataf f’idejh l-edukazzjoni biex izomm lill-poplu injurant ghax ma jridx li n-nies jifthu mohhhom halli hadd ma jkun jista’ jmerih.

Il-kwestjoni tat-tobba hi haga serja hafna u l-Gvern prezenti jmissu jisthi li keccihom mill-isptarijiet biex gab tobba barranin. Jalla jkollna Gvern Nazzjonalista biex fl-isptarijiet tal-Gvern jergghu jirritornaw it-tobba Maltin.

F’dawn l-ahhar snin saru hafna ingustizzji mal-haddiema li zewgi kien tant ihobb. Naf li zewgi kien ikollu xi jghid ma’ shabu fil-Kabinett ghax kien jemmen li l-promozzjonijiet ghandhom jinghataw lil min haqqu u mhux skont il-partit. Zewgi kien ighid li jekk jaghmel ingustizzja bhal din ma kienx ikun jista’ jpoggi rasu fuq l-imhadda u jorqod bil-lejl.

Ghal dawn ir-ragunijiet kollha jien nappella lill-poplu Malti kollu, specjalment lil dawk li kienu jhobbu u jirrispettaw lil zewgi, biex fl-elezzjoni li gejja jivvutaw ghall-Partit Nazzjonalista.

Ikkummenta ...